

“It-tama Nisranija mhix ottimiżmu superfiċjali, mhix spiritwalità falza għal dawk li jiġu faċilment imqarrqa: hija ċertezza, bl-għeruq fl-imħabba u l-fidi, li Alla qatt ma jabbandunana u li jżomm il-wegħdiet tiegħu: ‘Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi. Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwennsuni.’ (Salm 23:4).”
Il-Papa Franġisku
Lokali
Internazzjonali
L-Aħħar Aħbarijiet
Il-Papa lill-Ikkonsagrati: Li tgħix il-voti jfisser tintelaq bħal tfal f’dirgħajn il-Missier
https://www.youtube.com/watch?v=ziGfFyU32iI “Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom” (Lq 11:9). Ġesù b’dawn il-kelmiet jistedinna nduru b’fiduċja fuq il-Missier fil-bżonnijiet kollha tagħna. Qed nisimgħuhom aħna u niċċelebraw il-Ġublew tal-Ħajja Kkonsagrata, li ġabkom hawn f’għadd kbir, minn tant partijiet tad-dinja…
Il-Papa Ljun XIV iħeġġeġ biex nerġgħu nqajmu l-għarfien tal-vokazzjoni missjunarja tagħna
https://www.youtube.com/watch?v=N-GgjLufUrw Għeżież ħuti, Illum qed niċċelebraw il-Ġublew tad-Dinja Missjunarja u tal-Migranti. Hi okkażjoni sabiħa biex inġeddu fina l-kuxjenza tas-sejħa missjunarja, li tinbet mix-xewqa li nwasslu lil kulħadd il-ferħ u l-faraġ tal-Vanġelu, speċjalment lil dawk li qed jgħixu storja diffiċli u…
Qisu li l-missjoni tagħkom tkun dik li tindokra u tieħu ħsieb taċ-ċittadini – L-Arċisqof
Ippermettuli nislet riflessjoni qasira, l-ewwel għalina personali mbagħad għalikom bħala korpi dixxiplinati tal-pajjiż, mit-tliet ismijiet tal-Arkanġli li qed niċċelebraw illum. Illum qegħdin nagħmlu l-festa, bħalma nagħmlu kull 29 ta’ Settembru, lill-Arkanġlu San Mikiel, l-Arkanġlu Gabrijel, u l-Arkanġlu Rafel. L-ismijiet tagħhom…